Id-Direttiva tal-Kunsill 114 tal-2008
Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-8 ta’ Diċembru 2008 dwar l-identifikazzjoni u d-deżinjazzjoni ta’ infrastrutturi kritiċi Ewropej u l-valutazzjoni tal-ħtieġa li jitjieb il-protezzjoni tagħhom ġiet trasposta fil-Leġislazzjoni Maltija minn L.N. 434 tal-2011 tat-8 ta’ Novembru 2011.
It-test tal-imsemmija Direttiva tal-Kunsill jista’ jiġi aċċessat mill-websajt EUR-Lex billi tagħfas hawn.
L-Awtorità Nazzjonali Kompetenti u l-Punt Uniku ta’ Kuntatt f’Malta hija l-Unità għall-Protezzjoni tal-Infrastruttura Kritika (CIP Unit) fi ħdan id-Direttorat tas-CIP ta’ Malta.
Verżjonijiet PDF bl-ilsien Malti u Ingliż huma hawnhekk mehmuża.
Direttiva tal-Kunsill 114 tal-2008 Verżjoni bl-Ingliż.pdf Direttiva tal-Kunsill 114 tal-2008 (Verżjoni bl-Ingliż).pdf
Direttiva tal-Kunsill 114 tal-2008 Verżjoni Maltija.pdf Direttiva Tal-Kunsill 114 tal-2008 (Verżjoni Maltija).pdf
Avviż legali 434 tal-2011
Traspożizzjoni fil-leġiżlazzjoni Maltija tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/114 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-8 ta’ Diċembru 2008 dwar l-identifikazzjoni u d-deżinjazzjoni ta’ infrastrutturi kritiċi Ewropej u l-valutazzjoni tal-ħtieġa li jitjieb il-protezzjoni tagħhom.
Id-dokument ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE tal-2008, ġie approvat mill-Kabinett tal-Ministri f’Malta. L-Avviż Legali, jiġifieri L.N. 434 tal-2011 dwar Infrastrutturi Kritiċi u Infrastrutturi Kritiċi Ewropej (Identifikazzjoni, Ħatra u Protezzjoni) ġiet ippubblikata fit-8 ta’ Novembru, 2011.
L-imsemmi Avviż Legali jista’ jiġi aċċessat mill-websajt tal-“Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali”, sezzjoni tas-Servizzi tal-Ġustizzja jew billi tagħfas hawn.
L-Awtorità Nazzjonali Kompetenti u l-Punt Uniku ta’ Kuntatt f’Malta hija l-Unità għall-Protezzjoni tal-Infrastruttura Kritika (CIP Unit) fi ħdan id-Direttorat tas-CIP ta’ Malta.
Verżjonijiet PDF fil-lingwa Maltija u Ingliża huma hawnhekk mehmuża.
AL 434 tal-2011 English Version.pdfL.N. 434 tal-2011 (Verżjoni bl-Ingliż).pdf
AL 434 tal-2011 Verżjoni Maltija.pdfA.L. 434 tal-2011 (Verżjoni Maltija).pdf
Id-Direttiva tal-Kunsill 1148 tal-2016
Id-Direttiva tal-Kunsill 2016/1148/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-6 ta’ Lulju 2016 li tikkonċerna miżuri għal livell komuni għoli ta’ sigurtà tan-netwerks u sistemi ta’ informazzjoni madwar l-Unjoni ġiet trasposta fil-Leġislazzjoni Maltija minn L.N. 216 tal-2018 dwar Miżuri Għal Livell Għoli Komuni ta’ Sigurtà ta’ Netwerks u Sistemi ta’ Informazzjoni, Ordni tal-2018.
It-test tal-imsemmija Direttiva tal-Kunsill jista’ jiġi aċċessat mill-websajt EUR-Lex billi tagħfas hawn.
L-Awtorità Nazzjonali Kompetenti u l-Punt Uniku ta’ Kuntatt f’Malta hija l-Unità għall-Protezzjoni tal-Infrastruttura ta’ Informazzjoni Kritika (CIIP Unit) fi ħdan id-Direttorat tas-CIP ta’ Malta.
Verżjonijiet PDF fl-ilsien Ingliż u Malti huma hawnhekk mehmuża.
Direttiva tal-Kunsill 1148 tal-2016 Verżjoni bl-Ingliż.pdf Direttiva tal-Kunsill 1148 tal-2016 (Verżjoni bl-Ingliż).pdf
Direttiva tal-Kunsill 1148 tal-2016 Verżjoni Maltija.pdf Direttiva Tal-Kunsill 1148 tal-2016 (Verżjoni Maltija).pdf
Avviż legali 216 tal-2018
Traspożizzjoni fil-leġiżlazzjoni Maltija tad-DIRETTIVA (UE) 2016/1148 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-6 ta’ Lulju 2016 dwar miżuri għal livell komuni għoli ta’ sigurtà tan-netwerks u s-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni.
Id-dokument ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva (UE) 1148 tal-2016, magħruf aħjar bħala d-Direttiva NIS, ġie approvat mill-Kabinett tal-Ministri f’Malta. L-Avviż Legali, jiġifieri L.N. 216 tal-2018 dwar “”Ordni tal-2018 dwar Miżuri għal Livell Għoli Komuni ta’ Sigurtà ta’ Sistemi ta’ Netwerks u Informazzjoni,”” issa hija ppubblikata formalment. Jista’ jiġi aċċessat mill-websajt tal-“Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali”, sezzjoni tas-Servizzi tal-Ġustizzja. It-test tal-L.N. 216 tal-2018 jista’ jkun aċċess billi tagħfas hawn.
L-Awtorità Nazzjonali Kompetenti u Punt Uniku ta’ Kuntatt f’Malta hija l-Unità għall-Protezzjoni tal-Infrastruttura ta’ Informazzjoni Kritika (CIIP Unit) fi ħdan id-Direttorat tas-CIP ta’ Malta.
Is-CSIRT Nazzjonali f’Malta huwa CSIRTMalta
L-approvazzjoni u l-pubblikazzjoni ġew notifikati lis-CION skont il-proċedura stabbilita.
Aktar dettalji flimkien ma’ aktar informazzjoni u Linji Gwida relatati ma’ L.N. 216 tal-2018 se jiġi ppubblikat fuq il-websajt tas-CIPD ta’ Malta fil-futur qarib.
Talba għal aktar informazzjoni tista’ tiġi indirizzata lil [email protected]
dokument (1).pdfL.N. ta’ 216 tal-2018 (Verżjoni bl-Ingliż).pdf
A.L.216 tal-2018 (Verżjoni bil-Malti).pdfA.L. 216 tal-2018 (Verżjoni bil-Malti).pdf”